26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Oradea – ir-Rumanija) – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-110/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat - Ħlas lura tal-kreditu ggarantit minn proprjetà immobbli tal-uffiċċju tal-avukati tal-persuna li tissellef - Persuna li tissellef li għandha l-għarfien neċessarju sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola qabel l-iffirmar tal-kuntratt))

(2015/C 354/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horațiu Ovidiu Costea

Konvenuta: SC Volksbank România SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat, li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank, mingħajr ma l-għan tal-kreditu jiġi ppreċiżat f’dan il-kuntratt, tista’ titqies bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-imsemmi kuntratt ma jkunx marbut mal-attività professjonali ta’ dan l-avukat. Il-fatt li d-dejn maħluq mill-istess kuntratt ikun iggarantit minn kostituzzjoni ta’ garanzija ipotekarja mogħtija minn din il-persuna bħala rappreżentant tal-uffiċċju tal-avukati tagħha u li tirrigwarda oġġetti intiżi għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tal-imsemmija persuna, bħalma hija proprjetà immobbli ta’ dan l-uffiċċju, ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 175, 10.06.2014.