29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – SMK kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága, Nemzeti Adó- és Vámhivatal

(Kawża C-97/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 52(ċ) u 55 - Determinazzjoni tal-post ta’ provvista ta’ servizzi - Riċevitur tal-provvista identifikat għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’diversi Stati Membri - Spedizzjoni jew trasport barra mill-Istat Membru li fih il-provvista tkun twettqet fiżikament))

(2015/C 213/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SMK kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága, Nemzeti Adó- és Vámhivatal

Dispożittiv

L-Artikolu 55 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ir-riċevitur tal-provvista ta’ servizzi kien identifikat għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud kemm fl-Istat Membru li fih il-provvisti twettqu fiżikament kif ukoll fi Stat Membru ieħor, u mbagħad biss f’dan l-Istat Membru l-ieħor, u fejn il-prodotti li jirrigwardaw dawn il-provvisti ntbagħtu jew ġew ittrasportati barra mill-Istat Membru fejn il-provvisti ta’ servizzi jkunu twettqu fiżikament mhux wara dawn il-provvisti, iżda wara l-bejgħ sussegwenti ta’ dawn il-prodotti.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.