|
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Unione nazionale industria conciaria (UNIC), Unione Nazionale dei Consumatori di Prodotti in Pelle, Materie Concianti, Accessori e Componenti (Unicopel) vs FS Retail, Luna srl, Gatsby srl
(Kawża C-95/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 94/11/KE - Artikoli 3 u 5 - Armonizzazzjoni eżawrjenti - Projbizzjoni milli tiġi ostakolata l-kummerċjalizzazzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ttikkettjar tad-Direttiva 94/11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-pajjiż ta’ oriġini jiġi indikat fuq it-tikketta ta’ prodotti mmanifatturati barra mill-pajjiż li jużaw l-espressjoni bit-Taljan “pelle” - Oġġetti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera))
(2015/C 302/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unione nazionale industria conciaria (UNIC), Unione Nazionale dei Consumatori di Prodotti in Pelle, Materie Concianti, Accessori e Componenti (Unicopel)
Konvenuti: FS Retail, Luna srl, Gatsby srl
Dispożittiv
L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-23 ta’ Marzu 1994, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi, inter alia, il-kummerċjalizzazzjoni tal-komponenti tal-ġilda tax-xeddijiet tas-saqajn li joriġinaw minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi u li, f’dan il-każ tal-aħħar, diġà ġew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor jew fl-Istat Membru kkonċernat, meta dawn il-prodotti ma jinkludux indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.