14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Il-Litwanja) – “Eturas” UAB et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba
(Kawża C-74/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Prattika miftiehma - Aġenziji tal-ivvjaġġar li jipparteċipaw fis-sistema komuni kompjuterizzata ta’ offerti ta’ vjaġġi - Limitazzjoni awtomatika tar-rati ta’ roħs fuq il-bejgħ ta’ vjaġġi online - Messaġġ tal-amministratur tas-sistema dwar l-imsemmija limitazzjoni - Ftehim taċitu li jista’ jiġi kklassifikat bħala prattika miftiehma - Elementi li jikkostitwixxu ftehim u prattika miftiehma - Evalwazzjoni tal-provi u livell ta’ prova meħtieġ - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività - Preżunzjoni ta’ innoċenza))
(2016/C 098/03)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Eturas” UAB, “AAA Wrislit” UAB, “Baltic Clipper” UAB, “Baltic Tours Vilnius” UAB, “Daigera” UAB, “Ferona” UAB, “Freshtravel” UAB, “Guliverio kelionės” UAB, “Kelionių akademija” UAB, “Kelionių gurmanai” UAB, “Kelionių laikas” UAB, “Litamicus” UAB, “Megaturas” UAB, “Neoturas” UAB, “TopTravel” UAB, “Travelonline Baltics” UAB, “Vestekspress” UAB, “Visveta” UAB, “Zigzag Travel” UAB, “ZIP Travel” UAB
Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba
fil-preżenza ta’: “Aviaeuropa” UAB, “Grand Voyage” UAB, “Kalnų upė” UAB, “Keliautojų klubas” UAB, “Smaragdas travel” UAB, “700LT” UAB, “Aljus ir Ko” UAB, “Gustus vitae” UAB, “Tropikai” UAB, “Vipauta” UAB, “Vistus” UAB
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-amministratur ta’ sistema kompjuterizzata, intiża sabiex tippermetti lil xi aġenziji tal-ivvjaġġar ibigħu vjaġġi fis-sit tal-internet tagħhom skont metodu ta’ riżervazzjoni uniformi, jibgħat lil dawn l-operaturi ekonomiċi, permezz ta’ sistema ta’ messaġġi elettronika personali, messaġġ li javżahom li l-iskontijiet relatati mal-prodotti mibjugħa permezz ta’ din is-sistema issa ser ikunu limitati u li, b’riżultat tat-trażmissjoni ta’ dan il-messaġġ, is-sistema inkwistjoni sarulha l-modifiki tekniċi neċessarji sabiex din il-miżura tiġi implementata, l-imsemmija operaturi ekonomiċi jistgħu, sa mill-mument minn meta saru jafu bil-messaġġ mibgħut mill-amministratur tas-sistema, jiġu preżunti li pparteċipaw fi prattika miftiehma fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk huma astjenew milli jbiegħdu ruħhom b’mod pubbliku minn din il-prattika, ma rrapportawhiex lill-entitajiet amministrattivi jew ma ġabux provi oħra sabiex jikkonfutaw din il-preżunzjoni, bħall-prova ta’ applikazzjoni sistematika ta’ skont li jeċċedi l-limitu inkwistjoni. |
2) |
Hija l-qorti tar-rinviju li, fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali li jirregolaw l-evalwazzjoni tal-provi u l-livell ta’ prova meħtieġ, għandha teżamina jekk, fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha ppreżentati quddiemha, it-trażmissjoni ta’ messaġġ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax tikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li d-destinatarji tiegħu kienu jafu l-kontenut tiegħu. Il-preżunzjoni ta’ innoċenza tipprekludi li l-qorti tar-rinviju tqis li s-sempliċi trażmissjoni ta’ dan il-messaġġ tista’ tikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li d-destinatarji tiegħu kellhom neċessarjament ikunu jafu l-kontenut tiegħu. |