23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu– ir-Rumanija) – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român, Serviciul public comunitar regim permise de conducere şi înmatriculare a autovehiculelor

(Kawża C-69/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Awtorità ta’ res judicata - Irkupru tal - ammonti mħallsa indebitament - Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Talba għar-reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġudizzjarja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-reviżjoni, fid-dawl ta’ deċiżjonijiet preliminari sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali mogħtija fi proċeduri amministrattivi biss))

(2015/C 389/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dragoș Constantin Târșia

Konvenuti: Statul român, Serviciul public comunitar regim permise de conducere şi înmatriculare a autovehiculelor

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li qorti nazzjonali ma jkollhiex il-possibbiltà li tirrevedi deċiżjoni ġudizzjarja finali mogħtija fil-kuntest ta’ rikors ta’ natura ċivili, meta din id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea wara d-data li fiha l-imsemmija deċiżjoni tkun saret finali, minkejja li tali possibbiltà teżisti fir-rigward tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni mogħtija fil-kuntest ta’ rikors ta’ natura amministrattiva.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.