25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Primera Instancia de Cartagena – Spanja) – Finanmadrid EFC SA vs Jesús Vicente Albán Zambrano, María Josefa García Zapata, Jorge Luis Albán Zambrano, Miriam Elisabeth Caicedo Merino

(Kawża C-49/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Proċedura għal ordni ta’ ħlas - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata - Kompetenza tal-qorti nazzjonali tal-eżekuzzjoni sabiex tqajjem ex officio n-nullità tal-klawżola inġusta - Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata - Prinċipju ta’ effettività - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja))

(2016/C 145/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Primera Instancia de Cartagena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanmadrid EFC SA

Konvenuti: Jesús Vicente Albán Zambrano, María Josefa García Zapata, Jorge Luis Albán Zambrano, Miriam Elisabeth Caicedo Merino

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti li mitluba tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt konkluż bejn persuna professjonista u konsumatur, meta l-awtorità li għandha quddiemha t-talba għal ordni ta’ ħlas ma tkunx kompetenti biex tipproċedi b’tali evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 135 tal- 05.05.2014.