13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-37/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ - Settur tal-frott u tal-ħaxix - Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Irkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni))

(2015/C 118/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: J. Bousin, G. de Bergues u D. Colas, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx, fit-terminu preskritt, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza [C 29/05 (ex NN 57/05], u billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu stabbilit, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 4 ta’ dik id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.