|
20.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.
(Kawża C-15/14 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Ftehim bejn l-Ungerija u l-kumpannija taż-żejt u l-gass MOL dwar it-tariffi tax-xogħol fil-minjieri marbuta mal-estrazzjoni tal-idrokarburi - Emenda sussegwenti tas-sistema legali li żżid ir-rata tat-tariffi - Żieda fit-tariffi mhux applikata għal MOL - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Natura selettiva))
(2015/C 236/18)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn ut K. Talabér-Ritz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, Barrister)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |