1.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/16 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Monster Energy vs UASI (REHABILITATE)
(Kawża T-712/13)
2014/C 61/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 609/2013-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REHABILITATE” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 834 802
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja