22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/45 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Bankia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-700/13)
2014/C 52/87
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bankia, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing fiskali (“SEAF”) bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri tal-AIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru; |
— |
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn fih tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-515/13, Spanja vs Il-Kummissjoni (ĠU C 336, p. 29)
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv
|
(2) |
It-tieni motiv
|
(3) |
It-tielet motiv
|
(4) |
Ir-raba’ motiv
|
(5) |
Il-ħames motiv
|