|
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/44 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-696/13)
2014/C 52/84
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Meta Group (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli u A. Formica, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li t-tnaqqis magħmul mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil META S.r.l huma illegali; |
|
— |
u, għalhekk, tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti lir-rikorrenti s-somma addizzjonali ta’ EUR 129 153,11, flimkien mal-interessi moratorji; |
|
— |
tikkundanna lill-Amministrazzjoni biex tikkumpensa d-dannu konsekuttiv miġrub mir-rikorrenti |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li naqqsu s-sussidju inizjalment previst għall-proġetti “BCreative”, “Take-It-Up” u “Ecolink+”, li l-ftehimiet għas-sussidji ġew konklużi bejn ir-rikorrenti u l-konvenuta fil-kuntest tal-“Programm Qafas tal-kompetittività u l-innovazzjoni (KIP) (2007-2013)”.
Diversi deċiżjonijiet dwar dawn il-proġetti huma s-suġġett ta’ rikors anki fil-Kawżi T-471/12, T -34/13 u T-35/13, Meta Group vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali esposti huma identiċi għal dawk invokati f’dawn il-kawżi.