29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/25 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 — Mikhalchanka vs Il-Kunsill
(Kawża T-693/13)
2014/C 93/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża, peress li l-proċedura kontradittorja minn qabel ma kinitx ġiet irrispettata mill-Kunsill. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni tal-atti ma tippermettix lir-rikorrent jikkontesta l-validità quddiem il-Qorti Ġenerali u lil din tal-aħħar li teżerċità l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tagħhom. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni, sa fejn l-att ikkontestat huwa nieqes minn kull ġustifikazzjoni fattwali. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-restrizzjoni tad-dħul u tal-passaġġ fi transitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. |