|
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/39 |
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-689/13
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 85 tat-22 ta’ Marzu 2014 )
(2014/C 129/47)
L-avviż fil-ĠU dwar il-Kawża T-689/13 Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni għandha taqra hekk:
“Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-689/13)
(2014/C 85/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo, Vizcaya, Spanja); Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit); Koppers Netherlands BV (Uithoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi); Rütgers basic aromatics GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Rütgers Poland Sp. z o.o. (Kędzierzyn-Koźle, il-Polonja); Bawtry Carbon International Ltd (Doncaster, ir-Renju Unit); Grupo Ferroatlántica, SA (Madrid, Spanja); SGL Carbon GmbH (Meitingen, il-Ġermanja); SGL Carbon GmbH (Bad Goisern am Hallstättersee, l-Awstrija); SGL Carbon (Passy, Franza); SGL Carbon, SA (La Coruña, Spanja); SGL Carbon Polska S.A. (Racibórz, il-Polonja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) u Tokai Erftcarbon GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
Tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
Tannulla l-att ikkontestat sa fejn dan jikklassifika CTPHT bħala H400 u H410; |
|
— |
Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (iktar ’il quddiem ir-“Regolament CLP”) (ĠU L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja Nru CAS 65996-93-2 (iktar ’il quddiem is-“CTPHT”) fil-kategoriji H400 (tossiċità akkwatika akuta 1) u H410 (tossiċità akkwatika kronika 1) (iktar ’il quddiem l-“att ikkontestat”).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlett motivi:
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti REACH u CLP dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanzi abbażi tat-tossiċità tagħhom għall-ambjent akkwatiku u li jikkonċernaw l-istudji li għandhom jiġu aċċettati għal dan il-għan, u sa fejn l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li l-awtur tiegħu ċaħad l-istudji mwettqa b’mod konformi mal-linji gwida fuq l-applikazzjoni tar-regolament REACH u dawk tal-OECD u talab ittestjar li ma huwa bbażat fuq ebda metodu standardizzat aċċettat. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-awtur tiegħu ma kkunsidrax il-proprjetajiet inerenti intrinsiċi tas-CTPHT li jammontaw b’mod partikolari għal varjabbli importanti fl-ittestjar bid-dawl UV u fl-applikazzjoni tal-metodu tas-somma, huwa stabbilixxa l-fatturi M għall-kostitwenti PAH mingħajr eżami adegwat tal-istudji li għalihom irrefera u ċaħad l-informazzjoni fornuta mir-rikorrenti mingħajr ġustifikazzjoni valida. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-att ikkontestat sa fejn dan tal-aħħar kiser il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni tat-trasparenza u tad-drittijiet tad-difiża.” |