15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/13 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Colomer Italy vs UASI — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)
(Kawża T-681/13)
2014/C 78/26
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tilqa’ dan ir-rikors, u tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-3 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 1186/2012-1; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Farmaca International SpA għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “INTERCOSMO ESTRO”, sabiex tingħata din ir-reġistrazzjoni; |
— |
tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura favur ir-rikorrenti |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Colomer Italy SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali INTERCOSMO ESTRO għall-prodotti fil-klassi 3
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Farmaca International SpA
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva mhux irreġistrata ESTRO għal prodotti “kosmetiċi tax-xagħar”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.