8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)

(Kawża T-649/13)

2014/C 39/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-konvenut tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 128/2013-4) u tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tawtorizza integralment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “SmartTV Station” (Applikazzjoni Nru 010595577).

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SmartTV Station” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 595 577

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.