25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Australian Gold vs UASI — Effect Management & Holding (HOT)

(Kawża T-611/13)

2014/C 24/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Australian Gold LLC (Indianapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Effect Management & Holding GmbH (Vöcklabruck, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1881/2012-4;

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni, ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HOT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 16 u 25 — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 797 277

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (c) u mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.