|
25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/31 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2013 — Wilo vs UASI (Pioneering for You)
(Kawża T-601/13)
2014/C 24/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schneiders, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata fil-11 ta’ Settembru 2013 mill-Bord tal-Appell tal-UASI fil-każ Nru R 555/2013-4; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pioneering for You” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 37 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 065 588
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja