8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Cosmowell vs UASI — Haw Par (GELENKGOLD)
(Kawża T-599/13)
2014/C 39/38
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haw Par Corp. Ltd (Singapor, Singapor)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 2013/2012-4); |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fl-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi d-disinn ta’ tigra u l-element verbali “GELENKGOLD”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 –Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 957 978
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Haw Par Corp. Ltd
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi Komunitarji, li jinkludu d-disinn ta’ tigra, għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.