|
25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/28 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — A. Weber (JETROC)
(Kawża T-588/13)
2014/C 24/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Weber SA (Rouhling, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 257/2013-2 u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “JETROC” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 19 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 940 180 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja