|
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Real Express vs UASI — MIP Metro (real)
(Kawża T-580/13)
2014/C 45/61
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Real Express Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Anitoae, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1519/2012-4; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti jħallsu l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva blu u ħamra li tinkludi l-element verbali “real” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 512 609
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks tar-Rumanija Nri 38 089 u 80 065
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja