25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/25 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Verus vs UASI — Joie International (MIRUS)
(Kawża T-576/13)
2014/C 24/45
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joie International Co. Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)
Talbiet
— |
tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-23 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 715/2012-5) b’mod li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416 tiġi miċħuda; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura; |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Joie International Co. Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MIRUS” għal prodotti fil-klassi 12 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “MIRUS” għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.