21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/18 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2013 — MHCS vs UASI — Compañía Vinícola del Norte de España (ICE IMPERIAL)
(Kawża T-555/13)
2013/C 377/41
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MHCS (Epernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L. É. Balleydier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compañía Vinícola del Norte de España, SA (La Guardia, Spanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 2588/2011-2; |
— |
tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 837 379 għat-trade mark verbali “ICE IMPERIAL” għal prodotti fil-klassi 33; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ICE IMPERIAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 837 379
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 237 875 tat-trade mark figurattiva għal “kull xorta ta’ inbid bl-eċċezzjoni ta’ inbid ifexfex u xèri” fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 95 020 tat-trade mark figurattiva għal “kull xorta ta’ inbid bl-eċċezzjoni ta’ inbid ifexfex u xèri” fil-klassi 33; Reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 1 508 304 tat-trade mark verbali “IMPERIAL” għal “inbejjed” fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995.