14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 — Radecki vs UASI — Vamed (AKTIVAMED)

(Kawża T-551/13)

2013/C 367/64

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Radecki (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vamed AG (Vjenna, l-Awstrija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Lulju 2013 (Każ R 365/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż u għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AKTIVAMED” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 11 u 44 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 958 886

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vamed AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Awstrijaka u r-reġistrazzjoni internazzjonali “VAMED” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 10, 11, 12, 16, 20, 21, 28, 35, 36, 37, 39, 41, 42, 43, 44 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.