23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/67 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-542/13)
2013/C 344/123
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer u M. Bulterman, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4474 finali, tat-18 ta’ Lulju 2013, li tiddikkjara mhux applikabbli ċerti dispożizzjonijiet tad-Digriet tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-8 ta’ Ġunju 2012, li jistabbilixxi l-metodi dettaljati f’dak li jikkonċerna l-liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-vjaġġaturi. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni bbażat b’mod żbaljat id-deċiżjoni kkontestata fuq l-Artikolu 61 tad-Direttiva 2012/34/UE (1). Ir-rikorrent jallega li jekk il-Kummissjoni ma taqbilx mal-mod kif il-leġiżlatur Olandiż jimplementa d-Direttiva, hija tista’ tuża l-Artikolu 258 TFUE. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, sa fejn il-Kummissjoni ddikkjarat ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Olandiża inapplikabbli abbażi tal-Artikolu 61 tad-Direttiva 2012/34/UE, fi tmiem il-proċedura “EU Pilot” (2). Ir-rikorrent isostni li, fir-risposta għad-domandi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura “EU Pilot” huwa seta’ raġonevolment jikkunsidra li l-Kummissjoni kienet ser tuża l-informazzjoni li kienet ġiet trażmessa lilha esklużivament fil-kuntest ta’ (eventwali) proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ motivazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tad-Direttiva 2012/23/UE, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kriterji sabiex “jiddeterminaw (…) l-iskop prinċipali tas-servizz”, fis-sens tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva ma jistgħux jiġu ddeterminati minn qabel u li huwa l-korp regolatorju li għandu jiddetermina l-kriterji tal-“ekwilibriju ekonomiku” fis-sens tal-Artikolu 11(2). |
(1) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, p. 32).
(2) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa li tikseb ir-riżultati — l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja”, COM(2007) 502 finali.