30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/19 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Future Enterprises vs UASI — McDonald’s International Property (MACCOFFEE)
(Kawża T-518/13)
2013/C 352/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: J. Olsen, B. Hitchens, R. Sharma u M. Henshall, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1178/2012-1; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MACCOFFEE” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 307 382
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi kienu dawk imniżżla fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 8(2)(ċ) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.