|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/27 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 — La Rioja Alta vs UASI — Aldi Einkauf (VIÑA ALBERDI)
(Kawża T-489/13)
2013/C 336/58
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: La Rioja Alta, SA (Haro, Spanja) (rappreżentant: F. Pérez Álvarez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1190/2011-4 tad-9 ta’ Lulju 2013; |
|
— |
tiddikjara l-validità tat-trade mark Komunitarja Nru 3189065 “VIÑA ALBERDI” għall-klassi 33 tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Nice: “Xarbiet alkoħoliċi (minbarra birra), ħlief inbejjed tal-Italja”; |
|
— |
tikkundanna għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura lill-UASI u lill-partijiet l-oħra fil-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “VIÑA ALBERDI” għal prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 189 065
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u (b) tal-imsemmi regolament — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “VILLA ALBERTI”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u (b) tal-isemmi regolament