16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/27 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Systran vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-481/13)
2013/C 336/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Systran SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Hoss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Lulju 2013 u tal-21 ta’ Awwissu 2013 meħudin mill-Kummissjoni Ewropea, alternattivament mill-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija pproċediet, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C-103/11 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għall-irkupru tal-interessi kumpensatorji flimkien mal-interessi moratorji mid-19 ta’ Awwissu 2013 fuq l-ammont li l-Kummisjoni kienet ħallset lir-rikorrenti bħala danni wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07, Ġabra p. II-6083), annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tieħu d-deċiżjonijiet ikkontestati, sa fejn il-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex tagħti interessi kumpensatorji lilha nnfisha, peress li dawn l-interessi jistgħu jingħataw biss minn qorti peress li dawn ikollhom l-għan li jagħmlu tajjeb għal dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn parti tal-obbligi tagħha. Ir-rikorrenti ssostni li l-għoti tal-interessi kumpensatorji ma jaqawx fil-likwidazzjoni tal-effetti ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew, kemm fir-rigward tal-għoti tal-interessi kif ukoll fir-rigward tal-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu. Ir-rikorrenti ssostni li:
|
(3) |
It-tielet motiv huwa ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, sa fejn hi ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 299 TFUE sabiex titlob l-ħlas ta’ interessi kumpensatorji fl-assenza ta’ bażi legali li tagħtiha din il-kompetenza u ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lir-rikorrenti biex tħallashom. |