19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/23 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-461/13)
2013/C 304/41
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha). Din id-deċiżjoni qieset li din l-għajnuna kienet parzjalment inkompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant ordnat l-irkupru tagħha.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-ineżistenza, fil-każ inkwistjoni, ta’ xi vantaġġ ekonomiku favur entitajiet li jeżerċitaw attività ekonomika, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ selettività tal-miżura u n-nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 106(2) u 107(3)(ċ) TFUE, peress li ma huwiex stabbilit li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl, f’dan il-każ, tat-tul eċċessiv tagħha, tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti, kif ukoll tan-nuqqas ta’ koerenza u ta’ oġġettività matul l-investigazzjoni. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà, kif ukoll fuq l-assenza ta’ obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna, sa fejn l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), ma jobbligax li jsir dan l-irkupru fil-każ ta’ ksur ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
(5) |
Il-ħames motiv, ukoll invokat sussidjarjament, u bbażat fuq ksur tad-dritt għal informazzjoni, stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas konsegwenti ta’ obbligu ta’ rkupru. |