19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/21 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2013 — Triarii vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-435/13)
2013/C 304/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Triarii BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Verhellen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Re.: ENER B 1/IMMR(2013) ENER.B.1.2638778), tal-20 ta’ Ġunju 2013, sabiex tinkludi l-offerta tar-rikorrenti fis-sejħa għall-offerti; |
— |
fil-każ li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, kif mitluba, tittieħed wara li l-kuntratt jingħata lil offerent:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni dwar din il-kawża, skont l-Artikolu 263 TFUE. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, permezz tal-imġiba tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot aspettattiva leġittima li l-offerta kienet ġiet sottomessa lilha fil-ħin. |