26.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/30 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Gruppo Norton vs UASI — Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)
(Kawża T-427/13)
2013/C 313/56
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Norton Srl (Carini, l-Italja) (rappreżentant: M. García Lirola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Victoriano Marín Nicolás (Alcantarilla, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tagħti sentenza fuq il-mertu li tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Gruppo Norton Srl
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gruppo Norton S.r.l.” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 169 753
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Victoriano Marín Nicolás
Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni: it-trade mark Spanjola “NORTON HISPANO” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell inammissibbli
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009