14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/30 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Companhia Previdente e Socitrel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-409/13)
2013/C 367/53
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: COMPANHIA PREVIDENTE — Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) u SOCITREL — Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho, J. Caimoto Duarte, F. Proença de Carvalho u T. Luísa Faria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/2013/048425, tal-24 ta’ Mejju 2013, dwar ir-rifjut għal tnaqqis minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva, tal-multa imposta fuq SOCITREL taħt ksur tal-proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li ddikjarat ukoll li COMPANY PREVIDENTE hija responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ din il-multa; |
— |
tapplika fir-rigward tar-rikorrenti t-tnaqqis tal-multa, minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE, minħabba li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi mressqa mill-grupp COMPANHIA PREVIDENTE dwar l-insolvenza tagħha
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx naqqset il-multa minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva tal-grupp COMPANHIA PREVIDENTE
|
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jitolbu skont l-Artikolu 261 TFUE, it-tnaqqis, minħabba assenza ta’ kapaċità kontributtiva, tal-multa imposta fuq SOCITREL, li COMPANY PREVIDENTE hija responsabbli in solidum għaliha.