23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/56


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2013 — Mayaleh vs Il-Kunsill

(Kawża T-408/13)

2013/C 344/102

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla:

id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn jikkonċernaw lil Adib Mayaleh;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, rettifikat fid-9 ta’ Mejju 2013, sa fejn jikkonċerna lil Adib Mayaleh;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motivi fil-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.