28.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/4 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2013 — Comptoir d'Épicure vs UASI — A-Rosa Akademie (da rosa)
(Kawża T-405/13)
2013/C 284/06
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Le Comptoir d'Épicure (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A-Rosa Akademie GmbH (Rostock, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 1195/2012-5; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lil A-Rosa Akademie GmbH għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “da rosa” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 047 095 li tindika lill-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: A-Rosa Akademie GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarja, nazzjonali u internazzjonali “aROSA” u t-trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “aROSA Lust auf Schiff”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-kontradizzjoni tal-motivi; altrimenti fuq l-eċċess tas-setgħa; |
— |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 5, 34(1) u 35 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009, tar-regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95, u tal-Artikolu 78(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, tal-ġerarkija tar-regoli, u tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni; |
— |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-regola 22(2) u (3) tar-Regolament Nru 2868/95; |
— |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-iżball manifest tal-pubbliku rilevanti u tal-evalwazzjoni tas-sinjali; |
— |
It-tmien motiv: il-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti fil-klassijiet 39, 43 u 44. |