21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/23 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta Lulju 2013 — Dosen vs UASI — Gramm (Nano-Pad)
(Kawża T-396/13)
2013/C 274/39
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Franko Dosen (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Losert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomas Gramm (Bremen, il-Ġermanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ: 4202 C) li tirriżulta fid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1981/2011-4. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Nano-Pad” għal prodotti fil-klassi 17 — Trade mark Komunitarja Nru 8 228 421
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Thomas Gramm
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parjzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009