7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/43 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — Out of the blue vs UASI — Dubois et (FUNNY BANDS)
(Kawża T-344/13)
2013/C 260/77
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frédéric Dubois et (Lasne, il-Belġju)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-4 ta’ April 2013 fil-Każ R 542/2012-2; |
— |
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti; |
— |
fil-każ li F. Dubois jipparteċipa fil-proċeduri bħala intervenjent, jordna lill-intervenjent ibati l-ispejjeż tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali li tinkludi l-element verbali “FUNNY BANDS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 17 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 350 794
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: is-sinjal Ġermaniż mhux irreġistrat “FUNNY BANDS” għal diversi prodotti u servizzi u attivitajiet
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.