31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-331/13)
2013/C 252/58
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Marinos Nikolaou (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Eurogruppo tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolatorju] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ determinati prodotti” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u liema tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Eurogruppo, imsemmija iktar ’il fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe tkun il-forma tagħha. |
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha u b’hekk qabżu l-poteri tagħhom. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tqum ukoll b’kuntrast mal-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jiġbed profitt u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima. |