3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/17 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — Evangelou vs Il-Kummisjoni u BĊE
(Kawża T-292/13)
(2013/C 226/24)
Lingwa tal-kawża: Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Christos Evangelou (Derynia, Ċipru) u Yvonne Evangelou (Derynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummisjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 1 552 110,64 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta