20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/50 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 — Now Wireless vs UASI — Starbucks (HK) (now)
(Kawża T-278/13)
2013/C 207/82
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Now Wireless Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Starbucks (HK) Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u |
— |
tordna li t-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Numru 1421700 għandha tiġi rrevokata għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ użu; |
— |
tikkundanna l-proprjetarju rreġistrat għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għar-revoka: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “now” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 421 700
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009