27.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/14 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2013 — El Corte Inglés vs UASI — Gaffashion (BAUSS)
(Kawża T-267/13)
2013/C 215/19
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gaffashion — Comércio de Acessórios de Moda, Lda (Viana do Castelo, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 2295/2011-2, sa fejn, billi tiċħad l-appell tar-rikorrenti, din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li t-Trade mark Komunitarja Nru 9 093 733“BAUSS” (verbali) tiġi rreġistrata parzjalment; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gaffashion — Comércio de Acessórios de Moda, Lda
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BAUSS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 093 733
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi li jinkludu l-elementi verbali “BASS 3 TRES”, “BASS 10 DIEZ” u “BASS 20 VEINTE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009