20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/43


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2013 — Lausitzer Früchteverarbeitung vs UASI — Rivella International (holzmichel)

(Kawża T-263/13)

2013/C 207/73

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH (Sohland, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Weiß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 1968/2011-1;

temenda d-deċiżjoni kkontestata, billi tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell, jew tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “holzmichel” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 21, 24, 32, 33 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 904 278

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Rivella International AG

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks figurattivi li jinkludu l-element verbali “Michel” u “Michel POWER” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 32 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009