15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/40 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 — Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/13)
2013/C 171/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.