15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/13)
2013/C 171/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG (Minden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Weil, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewopea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta’ prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ “[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)”; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.