29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/26 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 — Nutrexpa vs UASI — Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara Maria ORO)
(Kawża T-218/13)
2013/C 189/54
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milano, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2013 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 2455/2011-1, li tiċħad it-talba għal trade mark Komunitarja figurattiva Nru 8 481 863“Cuétara Maria ORO” ta’ NUTREXPA sabiex tidentifika “frott u ħaxix ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, frott ippreservat; prodotti tal-ħabib” (klassi 29) u “kafè, tè, kawkaw, tapjoka, sago, kafè artifiċjali; dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelati; għasel, għasel iswed; ħmira, trab tal-ħami; zlazi (kondimenti); gallettini” (klassi 30), li konsegwentement għandha tiġi rreġistrata mill-UASI; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cuétara Maria ORO” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 481 863 għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “ORO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009