18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/24 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2013 — First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-161/13)
2013/C 141/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: First Islamic Investment Bank Ltd (Labuan, il-Malasja) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-paragrafu I.I.10 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71) sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata; |
— |
tannulla l-paragrafu I.I.10 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata; |
— |
tordna lill-konvenut iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti ma tassistix entitajiet magħżula sabiex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u ma tipprovdix appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Lanqas ma hija qiegħda tintuża sabiex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. Konsegwentement, il-kriterju sostantiv għat-tniżżil fl-Annessi kkontestati tad-Deċiżjoni 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, ma humiex sodisfatti fir-rigward tar-rikorrenti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji ġewx sodisfatti jew le. Barra minn hekk, il-Kunsill naqas milli japplika l-eżami korrett. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser ir-rekwiżiti proċedurali li jagħti raġunijiet xierqa fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2012/869/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 u li jirrispetta d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-tniżżil tar-rikorrenti jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |