|
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/20 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 — Direct Way u Direct Way Worldwide vs Il-Parlament
(Kawża T-126/13)
2013/C 147/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Direct Way (Brussell, il-Belġju); u Directway Worldwide (Machelen, il-Belġju) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
konsegwentement,
|
|
— |
tiddikjara konsegwentament li l-kuntratt konkluż bejn il-Parlament u s.c.s. TMS Limousines huwa null; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament sabiex iħallas lill-grupp Direct Way l-ammont provviżorju ta’ EUR 199 500 fis-sena bħala kumpens għad-dannu mġarrab; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 tar-Regolament Finanzjarju (1), tal-Artikolu 127(1)(a) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (2) u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Parlament ta l-kuntratt permezz ta’ proċedura nnegozjata bi prezz ogħla mill-prezz offrut mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti inizjali. |
|
(2) |
Sussidjarjament, it-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 127(1)(a) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, peress li l-Parlament biddel b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt i) billi ta l-kuntratt bi prezz ogħla mill-prezz meqjus bħala inaċċettabbli fil-kuntest tas-sejħa għal offerti inizjali (l-ewwel parti) u ii) billi naqqas l-istima tal-volum li għandu jiġi pprovdut meta mqabbel mal-volum stabbilit fil-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt, u b’hekk affettwa l-evalwazzjoni tal-prezz tal-offerti nnegozjati (it-tieni parti). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).