20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/44 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-125/13)
2013/C 114/67
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 9448 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2012, innotifikata fl-20 ta’ Diċembru, dwar żidiet fil-kapital magħmula mill-kumpannija SEA S.p.A. favur SEA Handling SpA; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’din il-kawża, l-Istat rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, fejn hija ddikjarat li l-miżuri stabbiliti minn SEA Spa, kumpannija li tmexxi l-ajruporti ta’ Milano Malpensa u Milano Linate, favur is-sussidjarja tagħha SEA Handling SpA, responsabbli għat-tmexxija tas-servizzi ta’ assistenza fuq l-art fl-istess ajruporti — miżuri li essenzjalment jikkonsistu f’injezzjonijiet ripetuti ta’ kapital sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf fl-operat — jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, f’dan il-każ ksur tad-dritt għal smigħ u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni. Fuq dan il-punt huwa affermat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-dritt għal smigħ u tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet, minħabba l-estensjoni tas-suġġett taħt l-iskrutinju tal-Kummissjoni għal perijodu li huwa barra mill-portata tad-deċiżjoni li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE u rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-imputabbiltà tal-miżuri kkontestati lill-awtoritajiet pubbliċi.
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE u rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni dwar l-imputabbiltà tal-miżuri kkontestati lill-awtoritajiet pubbliċi.
|