27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/18


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2013 — Rot Front vs UASI — Rakhat (Macka)

(Kawża T-96/13)

2013/C 123/30

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rot Front OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: B. Térauda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rakhat AO (Almaty, il-Każakistan)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Macka” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 556 135

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li fiha simbolu ta’ borża bl-element verbali “Macka” għall-prodotti tal-ħelu fil-Greċja u fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.