13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/31 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 — Laboratoires Polive vs UASI — Arbora & Ausonia (DODIE)
(Kawża T-77/13)
2013/C 108/78
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell li annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DODIE”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 665 104
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali figurattivi u trade marks verbali li jinkludu l-element verbali “DODIS”, “DODIES” jew “DODOT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 35, u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u d-deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.