6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/20 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Cactus vs UASI — Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)
(Kawża T-24/13)
2013/C 101/43
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cactus SA (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Isabel Del Rio Rodríguez (Malaga, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-19 ta’ Ottubru 2012; |
— |
tordna li l-konvenut u — jekk applikabbli — Isabel Del Rio Rodriguez jbatu l-ispejjeż flimien u in solidum. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 39 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 489 643
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 963 694 tat-trade mark verbali “CACTUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 39, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 76(1) u (2), u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.