Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 — Copernicus-Trademarks vs UASI — Blue Coat Systems (BLUECO)

(Kawża T‑685/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE COAT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 18, 39, 45, 46)

2. 

Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell — Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi fattwali fid-dawl tal-provi li ma ġewx ippreżentati minn qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 21)

3. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks Komunitarji verbali BLUECO u BLUE COAT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27, 53-56)

4. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti — Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2028/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blue Coat Systems, Inc. u Copernicus Trademarks Ltd.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.